Donazzjoni ta' Tezi u Kotba

 • 21 ta' Jannar, 2009


Issa li l-Kunsill Lokali iffirma ftehim mad-Dipartiment tal-Librerija biex jopera Librerija Fergha f'Hal Tarxien, qed jistieden dawk il-gradwati kollha sabiex, jekk ghandhom il-pjacir, jipprezentaw kopja tat-tezi taghhom biex taghmel parti mil-lista ta' kotba li diga` bdiet tingabar fuq l-ixkafef tal-librerija.   Kull min hu interessat jista' jgib it-tezi tieghu sa l-ahhar ta' Frar 2009 fl-Ufficcju tal-Kunsill Lokali u jinghat ircevuta.  Wara ssir il-prezentazzjoni ufficjali waqt cerimonja fl-istess librerija.   Qed nistiednu ukoll lil kull min ghandu xi kotba tajba [mhux magazines, etc.] u jixtieq jipprezentahom lill-Librerija, il-Kunsill japprezza hafna din l-ghotja.

Tarxien Temples

 • 25 ta' Mejju, 2009


Ftuh tal-Librerija

 • 10 ta' Ġunju, 2009


Il-Kunsill Lokali ghandu l-pjacir jinforma lill-pubbliku li l-Librerija Fergha tal-Kunsill Lokali, li tinsab fi Triq Santa Tereza, issa ser tibda tkun miftuha nhar ta' Erbgha mill-10.00am sa nofsinhar u mill-5.00pm sas- 7.00pm, kif ukoll nhar ta' Sibt mit-8.00am sa nofsinhar.   Il-librara, is-Sinj. Mary Schembri, ser tkun disponibbli ghal dan is-servizz.

GBIR TA' SKART

 • 1 ta' Jannar, 2010


AVVIZ  IMPORTANTI DWAR  IL-GBIR  TAL-ISKART MILL-EWWEL TA' JANNAR LI GEJ IL-GBIR TAL-ISKART ORGANIKU  (boroz suwed) SER JIBDA JINGABAR  FUQ BAZI TA' HAMEST IJIEM SKONT DIN L-ISKEDA T'HAWN TAHT: NHAR TA' TNEJN, NHAR T'ERBGHA, NHAR TA' HAMIS, NHAR TA' GIMGHA U NHAR TA' SIBT. NHAR TA' TLIETA M'GHANDUX JINHAREG SKART ORGANIKU L-ISKART MAGHZUL ( boroz grizi) JINGABAR KULL NHAR TA' TLIETA. L-ISKART KOLLU GHANDU JINHAREG  FIS-7.00 TA' FILGHODU KULL NHAR TA' TNEJN JIBQA' JINGABAR L-ISKART GOFF IR-RESIDENTI TARXINIZI KOLLHA HUMA MITLUBA BIEX JIKKOPERAW BIEX HAL TARXIEN JINZAMM NADIF                    



Italija
Ġemellaġġ mal-Comune di Ovindoli - ITALJA
Bulgaria
Ġemellaġġ ma' Veliko Turnovo - BULGARIA
 
Numru ta' Hits