Il-Kunsill Lokali u l-Ordni ta' San Lazzru

Il-Kunsill Lokali, b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni ta' San Lazzru ta' Jerusalem organizza attivita` kulturali f'Hal Tarxien nhar is-Sibt 30 ta' Mejju 2009.  L-iskop principali hu li jingabru fondi ghal ghan filantropiku.

Filghodu, il-Kavallieri ta' San Lazzru  ltaqghu f'Villa Abela u wara sar korteo akkumpanjati mill-iscouts ta' Hal Tarxien flimkien mal-banda tal-iscouts tal-Fgura.  Il-korteo baqa' sejjer sal-pjazza ta' quddiem il-knisja parrokkjali fejn ic-Chancellor Dr. Massimo Ellul flimkien mas-Sindku il-Kavallier Pawlu Farrugia ghamlu ghotja tal-arma tal-Ordni ta' San Lazru lill-membri kollha tal-iscouts ta' Hal Tarxien.

 

Wara li saret din il-prezentazzjoni il-korteo rega` lura lejn Villa Abela fejn il-Kavallieri hawwlu sigra kommemorattiva fil-gnien tal-istess Villa.  Wara sar il-kxif ta' lapida kommemorattiva mill-Ordni ta' San Lazzru mal-faccata tal-ufficini amministrattivi tal-Kunsill Lokali.

 

Matul din il-gurnata, il-Kavallieri ltaqghu mal-ghaqdiet tar-rahal fil-pjazza principali.  Kien hemm loghob ghat-tfal, kompetizzjonijiet tat-tpingija kif ukoll qari ta' stejjer.  Filghaxija saret attivita` ta' varjeta` bi zfin u kant minn diversi personaggi zghar u kbar, kif ukoll gew ipprezentati c-certifikati tal-korsijiet tal-Malti u Ingliz baziku.

 
Numru ta' Hits