Attivitajiet f'Hal Tarxien

 

FESTIVAL FOLKLORISTIKU F'HAL TARXIEN 

Ghall-festi ta' zmien il-Milied dan il-Kunsill organizza attivita' bil-kollaborazzjoni ta' M & E Management Group, bhala organizzaturi tal-Malta International Folk Festival, nhar it-Tlieta 30 ta' Dicembru bejn is-6.00 u t- 8.00 ta' filghaxija.  Il-partecipanti kollha ta' dan il-festival kienu madwar 400 delegat minn dawn il-pajjizi : Italja, Sqallija, Cipru, Russja, Slovak Republic, Latvia, India, Ukrajna u Armenia, kollha bil-kostumi taghhom u bil-bnadar ta' pajjizhom.

Maghhom attendew wkoll banda taljana komposta minn 55 persuna, li gew wkoll bil-majorettes u immarcjaw fuq quddiem tad-defile'.

Saret konferenza stampa mis-Sindku Pawlu Farrugia u li ghaliha attendew l-Onor Dr.Chris Said, l-Onor Dr.S.Buontempo, id-Direttur tal-Gvern Lokali s-Sur Natalino Attard, il-President u l-Vici-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali s-Sur Michael Cohen u s-Sinj. Claudette Baldacchino rispettivament, fil-prezenza ta' Dr.Massimo Ellul, kunsillieri u staff tal-Kunsill.

Id-defile' ghamel waqfa quddiem il-kazin tal-banda Marija Annunzjata fejn sar zfin, kant u daqq minn kull grupp.  Wara sar tqassim ta’ xorb minn voluntiera tal-kazin lil dawk prezenti inkluz il-pubbliku.  Dan kollu gie mxandar dirett fuq l-istazzjoni Radio Hal Tarxien b’intervisti mis-Sindku lill-membri tal-gruppi

Ghalkemm ma tantx kien temp favorevoli, l-attendenza tal-pubbliku kienet  wahda numeruza, sahansitra gew ukoll persuni mill-irhula girien.  Id-defile` ghamel waqfa quddiem il-kazin tal-banda Marija Annunzjata fejn sar zfin, kant u daqq minn kull grupp.  Wara sar tqassim ta’ xorb minn voluntiera tal-kazin lil dawk prezenti inkluz il-pubbliku.  Dan kollu gie mxandar dirett fuq l-istazzjoni Radio Hal Tarxien b’intervisti mis-Sindku lill-membri tal-gruppi

Wara d-defile’ kompla triqtu sa Triq il-Kbira quddiem il-Kastell Wine Bar fejn hawnhekk ukoll saret esibizzjoni folkloristika minn kull grupp.  Wara kulhadd kien mistieden gewwa Villa Abela fejn sar trattament b’ikel tradizzjonali malti u inbid.  Il-gruppi komplew jallegraw bil-kant, daqq u zfin taghhom.

 Qabel ma ntemm kollox, is-Sindku pprezenta tifkira lil kull grupp li min-naha taghhom irreciprokaw b’tifkiriet ta’ pajjizhom.

 
Numru ta' Hits