It-tempji Neolitici

(taghrif migbur minn Jos. A. Farrugia)

It-tempji Neolitici  (2500 bc)

 

tempji 1

It-tempji ta' Hal Tarxien, huma maghrufa bhala kumpless iehor ta' tliet tempji, li jixhdu sa fejn kien lahaq zviluppa mohh il-bniedem preistoriku. Ir-raba' tempju ftit baqa' jidher minnu.

Gew skavati mill-Professur Temi Zammit fis-snin bejn l-1915 u l-1920 u ta spjega taghhom f'"The Prehistoric Temples of Tarxien" (Oxford 1918). B'rihet din il-kitba tieghu kien pogga lil Malta (u s'intendi lil Hal Tarxien) fuq il-mappa ta' l-arkeolo[ija tad-dinja.

Meta Temi Zammit kien qed inaddafhom mill-ghabra taz-zmien, u jdomm il-fdalijiet li thallew mill-qirda tal-bniedem mal-milja taz-zmien, kien qisu qed iqalleb pagna ta' ktieb ta' l-Istorja.

Mill-mudelli, jew fdalijiet taghhom, li nstabu fit-tempji nistghu nobsru kif kienet mibnija l-faccata taghhom. Hemm tliet tempji, wiehed isbah mill-iehor, izda lkoll jinfdu ma' xulxin. L-ewwel tempju hu dak li tersaq lejh biex tidhol izzurhom, bil-bitha nofs qamar.

Kif tidhol jidher li maz-zmien kien sar bosta tibdil fis-sura ta' arkitettura. Fuq il-lemin hemm fdal ta' statwa kbira ta' mara, wieqfa, miksura minn nofsha. U fuq ix-xellug fl-art hemm gebel, lastri, imnaqqxa fuqhom annimali, bhal hniezer, nghag jew moghoz, aktarx bhejjem li kienu juzaw ghas-sagrificcji.

maraIt-tieni tempju, tan-nofs, li tidhol ghalih minn passagg maqtugh mill-ewwel tempju, huwa uniku f'Malta ghax ghandu tliet settijiet ta' kmamar, u mhux ta' tnejn bhat-tempji l-ohra. Jista' jkun li l-inhawi ta' gewwa huma l-eqdem, u ziedu maghhom aktar tard. Il-hitan sbieh u gholja, qishom mincuttjati, jew ingastati b'sengha kbira. Fin-nofs hemm bhal hawt kbir fejn kienu jzommu n-nar jaqbad, tant li l-hitan tal-qrib ghandhom lewn ahmar, effett tal-hruq. Fuq ix-xellug hemm il-kamra mibnija fuq dik l-ghamla ta' bini fil-Hypogeum, li tista' turi li kienu jsaqqfu billi johorgu l-gebla ta' fuq il-kbira mqieghda minn tulha fl-art, wieqfa, mahrug[a aktar ‘il barra, ta' fuqha aktar 'il barra, u tibqa' sejra hekk sakemm bhal taghlaq fuq nett, f'ghamla ta' koppla. Din is-sistema hi maghrufa bl-isem ta' corbelling. Fil-genb hemm nicca li setghet kienet ghad-dhiba li jkunu ssagrifikaw.

Il-qiegha ta' l-art hi ccangjata b'gebel kbir bhal hitan, u tqieghdu hemm mimduda billi ngarru fuq bocci kbar tal-gebel. F'dak ix-xaqq, jew vojt li hemm fuq ix-xellug qabel tidhol ghat-tielet tempju, ghadha tidher il-bocca mitfugha taht il-blata. L-artar fin-nofs maqtugh ghalih mill-bqija tal-kmamar; u gebla minquxa bi spiralli taghlaq il-bieb tieghu. Hemm ukoll barri u hanzira bi tlettax-il wild minquxin fil-blat. It-tielet tempju tidhol ghalih mit-tieni. Sew sew qabel tghaddi ghalih, fuq ix-xellug, hemm ftit turgien li donnhom kienu jaghtu ghal x'imkien. Evans, l-arkeologu Ingliz li kien kuratur fil-Muzew, kiteb ktieb dwar l-arkeologija Maltija, jghid li dawk it-turgien setghu kienu mnejn il-qassis tat-tempju kien jitla' biex jidhol fis-sancta sanctorum. L-ghamla tat-tielet tempju tixbah hafna lill-ewwel, izda izghar.

tempjiL-arkeologu Taljan, L. M. Ugolini li kien gie f'Hal Tarxien u kompla skava dawn it-Tempji, kien sahaq bil-qawwa kollha li dawn it-Tempji kienu xoghol ta' nies tal-Preistorja (3000 sa 2000 sena qabel Kristu).

L-arkeologi J. D. Evans u D. H. Trump qalulna li dawn it-Tempji huma parti minn firxa akbar ta' kumplessi ta' Tempji li ghalhekk dawn it-Tempji ghandna niehdu hsiebhom mill-ahjar li nistghu.

It-tempji ta' Hal Tarxien jintghazlu f'zewg fazijiet :
Dawk ta' zmien ir-Ram, u dak hekk maghruf bl-isem ta' "cemetery period", il-bidu ta' zmien il-Bronz.

Ingabar gmiel ta' fuhhar minn dawn it-tempji, u bosta affarijiet ohra ta' ornamenti, htegijiet tal-hajja ta' kuljum u statwi li kollha qeghdin ghall-wiri fil-Muzew Nazzjonali ta' l-Arkeologija, fil-Berga ta' Provenza, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

 
Numru ta' Hits