Postijiet Interessanti(Tagħrif miġbur mill-ktieb "Ħal Tarxien" ta' Vincent Battistino, b'żieda ta' tagħrif minn Jos. A. Farrugia) Id-Dar tal-Logutenent Ġuzeppi Montebello jew "Tal-Kmand"Fi Triq Sqajjaq, li tinsab hekk kif inħallu l-pjazza ta' wara l-Knisja Parrokkjali, wieħed jiltaqa' ma' dar kbira, Nru 35, terran mibnija b'arkitettura tajba li fiha kien jgħammar il-Logutenent Ġuzeppi Montebello li twieled f'Ħal Tarxien. Dan kien benestant u maħbub ħafna min-nies tar-raħal, tant li fir-rewwixta tal-Maltin kontra l-FranċIżi, fl-1798, kienu għazluh bħala l-kmandant tagħhom. Id-Dar ta' Dun Frangisk Caruana DD. (1814-1895)
Wara mewtu Dun Franġisk ħalla din il-villa lill-Patrijiet il-Bojod għall-użu tagħhom, Iżda aktar tard fl-1901 din il-villa flimkien mal-knisja li hemm magħha, għaddew għand is-sorijiet tal-Karita' ta' San Vincenz de Paule. Id-Dar ta' (Dun Ġużepp Calleja) Gana' (1748-1798)
Din id-dar ħadet l-isem mill-istess familja Gana' li hu magħruf li kienet familja għanja u benefattriċi tal-knisja parrokkjali. Waħda mill-qniepen il-kbar tal-kampnari hija waħda mid-donazzjonijiet li taw din il-familja. Dun Guzepp Calleja hawn min jgħid li kien wieħed mill-membri tal-familja Gana' u kien professur fl-iskola ta' l-Għarbi. Kien magħruf ukoll għall-istudju li għamel fix-xjenzi naturali, fl- arkeoloġija u fin-numismatika. Hu kien għalliem ta' Miekel Anton Vassalli. Dun Ġużepp miet fid-19 ta' Mejju 1898, ftit gimgħat qabel ma' Napuljun niżel Malta u f'dak it-taħwid ta' dak iż-żmien, xi nies daħlu f'daru, nru. 49 Sqaq nru. 1 Misraħ ir-Repubblika, u ħarbtu kull ma sabu, fost ħwejjeġ oħra l-kotba u l-manuskritti li kellu. L-uniku ktieb li għad fadal hu d-Dizzjunarju Għarbi/Tork li għadu merfugħ fil-Biblijoteka. Id-Dar ta' Frangesco Faure' (Skultur)(1849-1915)Id-Dar ta' Franku, jew kif inhi magħrufa ukoll f'dawn l-aħħar snin "tan-Naxxari", hija dar kbira bi ġnien kbir magħha u li tinsab f'Misraħ ir-Repubblika wara l-Knisja Parrokkjali. Il-faċċata ta' din id-dar hija bi stil barokk tas-seklu 18 b'bieb fin-nofs u magħmula b'sengħa artistika. Għal xi żmien kienet tintuża bħala skola elementari għal dawn l-inħawi. Wara l-1890, f'din id-dar kien jgħix u jaħdem ta' skultur Mastru Frangesco Faure', magħruf aħjar bħala Mastru Franku, li ħalla warajh ħafna xogħlijiet fil-Knisja Parrokkjali bħal sett ta' ventaltari u l-gandlieri tal-festa tal-Lunzjata għall-altari kollha, kif ukoll il-bradella tal-vara titulari, gwarniċi tal-Via Sagra u xogħol ieħor.
Il-Villa ta' l-Isqof Leonardo Abela (1541-1605)
L-Isqof Abela għazel li jibni l-palazz tal-villeġġjatura tiegħu f'Ħal Tarxien fit-triq ta' quddiem il-Knisja, xi tliet snin qabel l-Assedju l-Kbir ta' 1565. Għalhekk jingħad li hawn għex il-Kmandant Tork li għażel Ħal Tarxien bħala post tal-ħażna ta' l-ikel għat-Torok. F'din il-villa, il-familja Abela kellha kappella privata. Fi żminijiet ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija din il-Villa serviet ta' skola governattiva primarja u sekondarja ta' dan ir-Raħal wara li matul il-gwerra kienet użata mionn Reġiment Ingliż u jgħidu li fiha ġiet ippjanata l-invazjoni ta' l-Afrika. Jinghad li f'xi zmien li Churchill kien hawn Malta, inżammu xi laqgħat sigriet hawnhekk. Id-Dar ta' Giacomo Aspinall (....-1874)
Il-Villa tal-Markiż Barbaro di San Giorgio
Fis-seklu 19 Ġiet miżjuda b'gallerija bil-ħġieġ magħluqa fuq disinn ta' arkitett Ingliż li għamlilha bieb sabiħ ħafna. Din id-dar kienet inbniet bħala villeġġjatura tal-Markiż Barbaro di San Giorgio għall-ħabta ta' l-1860. Il-familja tal-Markiż kienet maħbuba ħafna fir-Raħal għaliex kienet tgħin lill-familji fil-bżonn. Il-Markiż għamel żmien jaħdem bħala supretendent tal-ħabs lejn tmiem is-Seklu 19. Fi żmien l-aħħar gwerra kienet użata bħal post għat-taħriġ tas-suldati Maltin. Villa Lanzon
Id-Dar tal-Kejka
Ghalkemm l-arkitettura hija waħda sempliċi, in-niċeċ jispikkaw fir-reqqa ta' l-iskultura tagħhom. Minn ġewwa, t-travi jserrħu fuq saljaturi żgħar skolpiti bi fjuri. In-naħa ta' wara ta' din id-dar x'aktarx kienet tintuża bħala stalel għall-annimali. Fis-snin sebgħin, meta din id-Dar kienet ġiet mitluqa, Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien, irsista sabiex din id-dar tkun restawrata mid-Dipartiment tal- Mużewijiet u wara tkun mgħoddija lill-istess Kunsill sabiex tintuża bħala Mużew Kulturali ta' Ħal Tarxien. Effettivament hekk ġara, u minbarra dan qed tintuża ukoll għal attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali, korsijiet, u wirjiet minn diversi esibituri. Din id-Dar qed tkun indukrata mill-iScouts ta' Ħal Tarxien u qed isservi bħala l-post fejn jiltaqgħu. Villa Le Fevre
Id-Dar ta' MandukaF'tarf Triq Santa Marija, qabel ma tiġi għall-Bank ta' l-HSBC, tinsab dar kbira ta' żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann. Din id-dar għandha arkitettura tar-rinaxximent Malti tas-seklu 16. Għandha isfel u fuq bi twieqi sbieħ u fis-sular ta' fuq imżejjen bi gwarniċi li fihom bħal wardiet u fjurdaliżi skolpiti fil-ġebel, li juru li l-ewwel sid ta' din id-dar kien xi kavallier Franċiż, iIżda llum tinsab abbandunata u xi ftit żdingata. UFtit żmienilu kienet tintuża bħala razzett. Id-Dar Normanna
Villa Dunalistair
Dan it-Torri ta' Wara l-Bjut inbena fi żmien il-Gran Mastru Adrijano Wignacourt (1690-97). Minn dan it-Torri, (l-antik), aktarx li ġej l-isem ta' 'Strada Rocca' li tfisser fortizza, torri jew post iffortifikat. Il-lum dan l-isem tbiddel u sar 'Triq il-Blata', s'intendi bi żball. Dawn in-naħat jissejħu "Tal-Qalgħa" li tfisser post għoli jew fortizza. Il-General Baynes Arthur, li kien Public Secretary u aktar tard Lieutenant Governor, kien ta l-isem lil din il-Villa bhala Villa Dunalistair F'nofs is-seklu għoxrin, it-tabib tal-Biċċerija, Macfarlene, ġie joqgħod fiha. Illum din il-Villa sar jisimha Villa Tarxien. Dejjem ngħasses, nissamma', Is-Salib tad-Dejma
In-nisel tad-DEJMA jfisser għassiesa u difensuri dejjiema tal-poplu jew kif kienet tissejjaħ, Il-Milizia Nazzjonali li kienet magħmula minn irġiel kollha mis-16 sal-65 sena. Din l-għassa kienet issir kuljum bejn Marzu u Ottubru kull sena. Fis-snin 1419 u 1420 in-numru ta' nies fil-Militia minn Malta kollha (barra l-Birgu_ kien ilaħħaq għal madwar 1667. Dawn kienu mxerrda mal-villaġġi ta' Malta kollha. Il-villaġġ ta' Mitraxen (Ħal Tarxien) kellu 18, li minnhom erba' kienu jipprovdu żiemel. Ma' dawn trid tgħodd 12 oħra li kienu ġejjin minn Ħal Gellud u Ħalsiflani. Is-Salib tad-DEJMA f'Ħal Tarxien, jinsab fin-naħa tal-Lvant, fejn jiltaqgħu l-erba' toroq li minn dan ir-Raħal jiġbdu waħda għaż-Żejtun u l-oħra għal Ħaż-Żabbar, m'hux l-istess wieħed li kien ġie mqiegħed l-ewwel darba. Dak li jidher fir-ritratt huwa replika tas-salib oriġinali. Hu jinsab fi Triq Dejma fil-pjazza ta' Kurunell Mas. Sar fl-1994 minn flus il-Mid-Med Bank, b'inizjattiva tal-Kunsill Ċiviku. Jingħad li s-Salib oriġinali kien ġie mneħħi minn fejn kien u tqiegħed fl-1905 fiċ-ċimiterju ta' l-Imgħallqin fl-istess Raħal (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien Iċ-Ċimiterju ta' l-Erwieħ), minhabba xi insulti li kienu sarulu minn Ingliżi li spiss kienu jgħaddu minn hemm. Is-salib li kien hemm sa l-1976, issa tqiegħed fi Triq it-Tempji NeolitiċI kantuniera ma' Triq Santa Marija.
|
Aħbarijiet24 ta' Frar, 2012
Tarxien Temples
3 t' Ottubru, 2012
Korsijiet tal-Artigjanat
3 t' Ottubru, 2012
ATTIVITA RICIKLAGG TAT-TESSUTI
AttivitajietM'hemmx Attivitajiet Ġodda
|
|
Numru ta' Hits
|
| Privatezza • Drittijiet tal-Awtur • Ċaħda • Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibilita’ Fittex • Ikkuntattjana • Mappa tas-sit |
by Abakus Solutions |