Ġemellaġġ ma' Veliko Turnovo - BULGARIA

mappa turnovo

Wara li fil-31 ta' Marzu 2005, waqt żjara li għamilt f'Veliko Turnovo, irnexxieli nifforma ftehim ta' koperazzjoni u ħbieberija bejn il-Kunsill Lokali tagħna u dak ta' Veliko Turnovo.

Ftit tal-ġimgħat ilu, eżattament fl-1 ta' Ġunju 2007, ġie ffirmat it-tieni ftehim ta' ġemellaġġ ma' pajjiż ieħor barrani. Dan it-tieni ġemellaġġ ġie ffirmat ma' Veliko Turnovo, belt Bulgara.

Għal din iċ-ċerimonja kien hawn Malta delegazzjoni magħmula minn ħames persuni distinti mill-Kunsill ta' din il-belt. Id-delegazzjoni kienet immexxija mill-Viċi Sindku ta' Veliko Turnovo, Dr. Ivan Panajotov.

Il-membri l-oħra kienu s-Sur Vesselin Nikolaev Ninchev, kap tad-Dipartiment tal-Protocol u Relazzjonijiet Pubbliċi, is-Sinjorina Gergana Evtimova, Senior Expert dwar kura tas-Saħħa, Żgħażagħ u Dipartiment ta' l-Isports, is-Sinjura Elisaveta Dyankova mill-Uffiċċju tal-Protocol kif ukoll is-Sinjorina Yordanka Antonova, Junior Expert dwar Integrazzjoni Ewropej kif ukoll l-interpretu għad-delegazzjoni.

Dan il-Ftehim sejjer iservi sabiex isaħħaħ ir-relazzjonijiet li diġa' jeżistu bejn iċ-ċittadini ta' Ħal Tarxien u ta' Veliko Turnovo u jkomplu jikkontribwixxu għal aktar Ewropa magħquda.

Il-Ftehim huwa iffirmat ukoll biex issaħħaħ liċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi fl-isfera edukattiva, kulturali kif ukoll dik turistika.

Ser ikompli wkoll isaħħaħ ir-relazzjonijiet li għandna fil-kamp taż-żgħażagħ speċjalment f'dak ta' skambji bejn żgħażagħ Tarxiniżi ma' dawk Bulgari.

 

 

 

 
Numru ta' Hits