Ġemellaġġ mal-Comune di Ovindoli - ITALJA

Wara ftit aktar minn sentejn ta' diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien u dak ta' Ovindoli ġewwa l-Italja finalment issa ġie ffirmat il-ftehim ta' ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet.

Ovindoli huwa post muntanjuz mill-isbaħ għall-aħħar u jinsab siegħa u nofs biss bogħod minn Ruma u minn Pescara. Jifforma parti mir-reġjun t' Abruzzo u l-provinċja t' Aquila.

 Permezz ta' dan il-ftehim uffiċċjali, dan il-ġemellaġġ huwa ntiz li jgħaqqad u jsaħħaħ il-ħbiberija bejn il-Poplu Malti u dak Taljan filwaqt li jikkontribwixxi għal Ewropa magħquda f' paċi u liberta'.

 ovindoli map
 

Dan il-ġemellaġġ fost affarijiet oħra jorbot li kull lokalita' għandha tieħu ħsieb li tippromwovi l-iżvilupp ta' diversi inizjattivi bejn iz-zewġ popli permezz ta' kuntatti bejn gruppi, għaqdiet, soċjetajiet, assoċjazzjonijiet u entitajiet pubbliċi.

Il-bdil ta' idejat u attivitajiet kulturali bejn iz-zgħazagħ għandu jkun inċentiv ta' prijorita'.

Fis-sala tal-Kunsill TarxienIl-ħidma f'dawn l-oqsma hija bbażata fuq dik li hija arti u kultura, storja, tagħlim u titjib u żvilupp urban, ħarsien ta' monumenti, żoni industrijali, kummerċ, artiġġjanat, industrija u professjoni, ħarsien tan-natura u ambjent, ħin liberu, attivitajiet rikrejattivi, materja li tikkonċerna l-familja għaz-zgħazagħ u tfal, nisa kif ukoll l-anzjani tagħna.

Dan il-Ftehim ġie iffirmat mis Sindku ta' Ovindoli Dott. Angelo Simone Angelosante u is-Sindku ta' Ħal Tarxien is-Sur Pawlu Farrugia.

Iċ-ċerimonja saret nhar is-Sibt 28 ta' Mejju 2005 ġewwa l-Kastell Wine Bar f' Ħal Tarxien.

 

Ara l-album tar-ritratti

Żur is-sit tal-Comune di Ovindoli


 
Numru ta' Hits